Kenwood KNB-47L handleiding

25 pagina's
PDF beschikbaar

Handleiding

Je bekijkt pagina 21 van 25
PAKKETT TAL-BATTERIJA
GWIDA SEMPLIĊI
PREKAWZJONIJIET
Dan il-pakkett tal-batterija li jista’ jerġa’ jiġi ċċarġjat hu ddiżinjat esklussivament għall-użu ma’
transceivers KENWOOD.
Uża l-pakkett tal-batterija biss ma’ tagħmir li huwa rakkomandat għall-użu mill-manwal tal-istruzzjonijiet.
Biex tevita li tagħmel il-ħsara, tippruvax tuża l-pakkett tal-batteriji ma’ transceivers jew chargers oħra.
Il-pakkett tal-batterija jinkludi oġġetti li jistgħu jieħdu n-nar bħal solvent organiku. Użu ħażin jista’
jikkawża l-batterija biex tinqasam u tipproduċi fjamma jew sħana eċċessiva, jew tikkawża tipi oħra ta’
danni lill-batterija. Jekk jogħġbok osserva dawn il-materji projbittivi li ġejjin.
PERIKLU
Iżżarmax jew terġa’ tarma l-batterija mill-ġdid.
Tixxortjax il-batterija.
Taħraqx jew tagħmilx sħana mal-batterija.
Tħallix il-batterija ħdejn nirien, stuvi jew ġeneraturi oħra ta’ sħana (żonni li jaqbżu t-80 °C).
Iddaħħalx il-batterija -ilma jew ixxarabha b’xi mod ieħor.
Tiċċarġjax il-batterija ħdejn in-nirien jew taħt xemx diretta.
Uża biss iċ-charger speċikat u osserva r-rekwiżiti tal-iċċarġjar.
Toqrosx il-batterija b’xi oġġetti, ittihix daqqiet b’xi strument jew titla’ fuqha.
Tbandalx u twaddabx il-batterija.
Tużax il-pakkett tal-batterija jekk għandha xi tip ta’ ħsara.
Tistanjax direttament mal-batterija.
Tinvertix il-polarità tal-batterija (u t-terminali).
Twettaqx reverse-charge jew reverse-connect bil-batterija.
Tmissx batterija maqsuma jew li qed tqattar.
Jekk likwidu tal-elettroliti mill-batterija jidħol f’għajnejk, aħsel għajnejk bl-ilma frisk kemm jista’ jkun malajr, mingħajr
ma’ togħrok għajnejk. Mur l-isptar immedjatament. Mingħajr trattament, dan jista’ jikkawża problem -għajnejn.
TWISSIJA
Tiċċarġjax il-batterija għal aktar mill-ħin speċikat.
Tpoġġix il-pakkett tal-batterija f’microwave jew kontenitur bi pressjoni għolja.
Żomm pakketti tal-batterija maqsumin jew li qed iqattru ‘l bogħod min-nar.
Tużax batterija difettuża.
Tbiddilx u tiċċarġjax il-batterija f’post perikoluż.
UŻU TAL-PAKKETT TAL-BATTERIJA
Iċċarġja l-pakkett tal-batterija qabel tużah.
Il-rxa tat-temperatura għall-iċċarġjar hija ta’ bejn 5 °C ~ 40 °C.
Biex tevita li l-batterija tinħela malajr, neħħi l-pakkett tal-batterija mit-tagħmir meta ma tkunx qed tintuża. Aħżen il-
pakkett tal-batterija f’post frisk u niexef.
Meta taħżen il-pakkett tal-batterija għal żmien twil:
1 Neħħi l-pakkett tal-batterija mit-tagħmir.
2 Iddiżċarġja l-pakkett tal-batterija, jekk possibbli.
3 Aħżen il-pakkett tal-batterija f’post frisk (taħt il-25 °C) u niexef.
KARATTERISTIĊI TAL-PAKKETT TAL-BATTERIJA
Hekk kif il-pakkett tal-batterija jiġi ċċarġjat u ddiżċarġjat ripetutement, il-kapaċità tal-batterija tonqos.
Anke jekk il-pakkett tal-batterija ma jintużax, il-pakkett tal-batterija jiddegrada.
Il-pakkett tal-batterija jdum jiċċarġja aktar f’postijiet friski.
Il-ħajja tal-pakkett tal-batterija tiqsar meta tiġi ċċarġjata u ddiżċarġjata f’postijiet aktar sħan. Meta l-pakkett tal-
batterija jinħażen f’post sħun, il-pakkett tal-batterija jiddegrada aktar malajr. Tħallix il-pakkett tal-batterija f’vetturi
jew ħdejn tagħmir ta’ tisħin.
Meta l-ħin operattiv tal-pakkett tal-batterija jiqsar, anke jekk iċċarġjat kompletament, ibdel il-pakkett tal-batterija.
Jekk tkompli tiċċarġja u tiddiżċarġja l-pakkett tal-batterija jista’ jwassal biex ikun hemm tnixxija ta’ elettroliti.
B5A-1081-00
© 2015

Bekijk gratis de handleiding van Kenwood KNB-47L, stel vragen en lees de antwoorden op veelvoorkomende problemen, of gebruik onze assistent om sneller informatie in de handleiding te vinden of uitleg te krijgen over specifieke functies.

Productinformatie

MerkKenwood
ModelKNB-47L
CategorieNiet gecategoriseerd
TaalNederlands
Grootte2363 MB

Caratteristiche Prodotto

Kleur van het productZwart
Capaciteit van de accu/batterij1950 mAh
Accu/Batterij voltage- V
MerkcompatibiliteitKenwood
Aantal1