Kenwood KNB-33L handleiding
Handleiding
Je bekijkt pagina 21 van 25

PAKKETT TAL-BATTERIJA
GWIDA SEMPLIĊI
PREKAWZJONIJIET
Dan il-pakkett tal-batterija li jista’ jerġa’ jiġi ċċarġjat hu ddiżinjat esklussivament għall-użu ma’
transceivers KENWOOD.
Uża l-pakkett tal-batterija biss ma’ tagħmir li huwa rakkomandat għall-użu mill-manwal tal-istruzzjonijiet.
Biex tevita li tagħmel il-ħsara, tippruvax tuża l-pakkett tal-batteriji ma’ transceivers jew chargers oħra.
Il-pakkett tal-batterija jinkludi oġġetti li jistgħu jieħdu n-nar bħal solvent organiku. Użu ħażin jista’
jikkawża l-batterija biex tinqasam u tipproduċi fjamma jew sħana eċċessiva, jew tikkawża tipi oħra ta’
danni lill-batterija. Jekk jogħġbok osserva dawn il-materji projbittivi li ġejjin.
PERIKLU
• Iżżarmax jew terġa’ tarma l-batterija mill-ġdid.
• Tixxortjax il-batterija.
• Taħraqx jew tagħmilx sħana mal-batterija.
• Tħallix il-batterija ħdejn nirien, stuvi jew ġeneraturi oħra ta’ sħana (żonni li jaqbżu t-80 °C).
• Iddaħħalx il-batterija -ilma jew ixxarabha b’xi mod ieħor.
• Tiċċarġjax il-batterija ħdejn in-nirien jew taħt xemx diretta.
• Uża biss iċ-charger speċikat u osserva r-rekwiżiti tal-iċċarġjar.
• Toqrosx il-batterija b’xi oġġetti, ittihix daqqiet b’xi strument jew titla’ fuqha.
• Tbandalx u twaddabx il-batterija.
• Tużax il-pakkett tal-batterija jekk għandha xi tip ta’ ħsara.
• Tistanjax direttament mal-batterija.
• Tinvertix il-polarità tal-batterija (u t-terminali).
• Twettaqx reverse-charge jew reverse-connect bil-batterija.
• Tmissx batterija maqsuma jew li qed tqattar.
Jekk likwidu tal-elettroliti mill-batterija jidħol f’għajnejk, aħsel għajnejk bl-ilma frisk kemm jista’ jkun malajr, mingħajr
ma’ togħrok għajnejk. Mur l-isptar immedjatament. Mingħajr trattament, dan jista’ jikkawża problem -għajnejn.
TWISSIJA
• Tiċċarġjax il-batterija għal aktar mill-ħin speċikat.
• Tpoġġix il-pakkett tal-batterija f’microwave jew kontenitur bi pressjoni għolja.
• Żomm pakketti tal-batterija maqsumin jew li qed iqattru ‘l bogħod min-nar.
• Tużax batterija difettuża.
• Tbiddilx u tiċċarġjax il-batterija f’post perikoluż.
UŻU TAL-PAKKETT TAL-BATTERIJA
• Iċċarġja l-pakkett tal-batterija qabel tużah.
• Il-rxa tat-temperatura għall-iċċarġjar hija ta’ bejn 5 °C ~ 40 °C.
Biex tevita li l-batterija tinħela malajr, neħħi l-pakkett tal-batterija mit-tagħmir meta ma tkunx qed tintuża. Aħżen il-
pakkett tal-batterija f’post frisk u niexef.
• Meta taħżen il-pakkett tal-batterija għal żmien twil:
1 Neħħi l-pakkett tal-batterija mit-tagħmir.
2 Iddiżċarġja l-pakkett tal-batterija, jekk possibbli.
3 Aħżen il-pakkett tal-batterija f’post frisk (taħt il-25 °C) u niexef.
KARATTERISTIĊI TAL-PAKKETT TAL-BATTERIJA
• Hekk kif il-pakkett tal-batterija jiġi ċċarġjat u ddiżċarġjat ripetutement, il-kapaċità tal-batterija tonqos.
• Anke jekk il-pakkett tal-batterija ma jintużax, il-pakkett tal-batterija jiddegrada.
• Il-pakkett tal-batterija jdum jiċċarġja aktar f’postijiet friski.
• Il-ħajja tal-pakkett tal-batterija tiqsar meta tiġi ċċarġjata u ddiżċarġjata f’postijiet aktar sħan. Meta l-pakkett tal-
batterija jinħażen f’post sħun, il-pakkett tal-batterija jiddegrada aktar malajr. Tħallix il-pakkett tal-batterija f’vetturi
jew ħdejn tagħmir ta’ tisħin.
• Meta l-ħin operattiv tal-pakkett tal-batterija jiqsar, anke jekk iċċarġjat kompletament, ibdel il-pakkett tal-batterija.
Jekk tkompli tiċċarġja u tiddiżċarġja l-pakkett tal-batterija jista’ jwassal biex ikun hemm tnixxija ta’ elettroliti.
B5A-1081-00
© 2015
Bekijk gratis de handleiding van Kenwood KNB-33L, stel vragen en lees de antwoorden op veelvoorkomende problemen, of gebruik onze assistent om sneller informatie in de handleiding te vinden of uitleg te krijgen over specifieke functies.
Productinformatie
| Merk | Kenwood |
| Model | KNB-33L |
| Categorie | Niet gecategoriseerd |
| Taal | Nederlands |
| Grootte | 2363 MB |
Caratteristiche Prodotto
| Kleur van het product | Zwart |
| Capaciteit van de accu/batterij | 2000 mAh |
| Accu/Batterij voltage | 7.4 V |
| Merkcompatibiliteit | Kenwood |
| Aantal | 1 |







