Abus AirLuxe handleiding
Handleiding
Je bekijkt pagina 38 van 41

73 74
Il-prerekwiżit għall-elmu sabiex ikun jista’ jwettaq funzjoni ta’ protezzjoni huwa li
joqgħod fuq rasek kif suppost. Għalhekk, ipprova qisien differenti u agħżel l-elmu li
joqgħod sew u komdu fuq rasek (Fig. Ċ). Qatt tagħżel elmu li huwa kbir iżżejjed għat-tfal
bil-ħsieb li “daqt jikbru u jibda jiġihom”
3. Aġġustament taċ-ċirku tar-ras
L-elmi protettivi ta’ ABUS ġeneralment jiġu f’żewġ daqsijiet
tal-qoxra dierenti. L-aġġustament tal-elmu għad-daqs
tar-ras individwali jista’ jsir, skont it-tip, pereżempju
bis-sistemi ta’ aġġustament komdi ħafna li ġejjin.
L-elmi jistgħu jiċċaqilqu fuq ir-ras waqt is-sewqan. Sabiex
tiżgura li l-elmu jibqa’ f’postu waqt is-sewqan, is-sistema
ta’ trażżin għandha tiġi aġġustata b’tali mod li l-moviment
tal-elmu fuq ir-ras ikun wieħed minimu, kemm minn
quddiem għalw ara u kif ukoll minn ġenb għal ieħor.
Mexxi s-sistema tal-aġġustament l-pożizzjoni tal-bidu
tagħha qabel ma taħżen l-elmu sabeix ma jkun hemm
l-ebda pressjoni fuq is-sistema tal-aġġustament li tista’
tikkawża ħsara.
4. Aġġustament taċ-ċineg
Bażikament, iċ-ċineg għandhom jiġu aġġustati meta jintlibsu għall-ewwel darba sabiex
ikunu ssikkati jiltaqgħu mingħajr problema taħt il-widnejn mingħajr ma tmisshom.
Id-distributuri taċ-ċineg li huma faċli sabiex jintużaw fuq iż-żewġ naħat b’unità ta’ ql
ottimali se jgħinuk tagħmel dan (Fig. 1).
Dan għandu jinqafel sew u jingaġġja permezz ta’ ħoss ta’ tfaqqigħ li jinstema’ sabiex ma
jseħħx l-aġġustament mhux intenzjonat (tagħmir child lock) qabel ma jintuża għall-ewwel
darba wara li jiġu aġġustati ċ-ċineg. Meta taġġusta l-lock tal-geddum, li għandu jingħalaq
dejjem kwalunkwe każ qabel is-sewqan, kun ċert li ma jkunx f’livell max-xedaq.
(Fig.2 – 5)
Wara l-aġġustament, iċ-ċineg li jisporġu jistgħu jintrabtu permezz tal-holder taċ-ċineg.
Jekk iċ-ċineg ikunu twali wisq, it-truf jistgħu jinqatgħu għat-tul u jiġu ssiġillati permezz ta’
amma ta’ sulfarina sabiex tevita milli jiżżartu.
5. Tqandil u kura xierqa
• L-elmu u ċ-ċineg tiegħu għandhom jiġu spezzjonati qabel kull użu.
• L-elmu għandu jiġi spezzjonat għal difetti viżibbli fuq bażi regolari.
• Jekk jogħġbok, qatt timmodifika l-elmu jew tneħħi l-parts oriġinali, għaliex dan inaqqas
l-effett protettiv tal-elmu.
• Tiżbogħhx u twaħħal xejn fuq l-elmu għaliex komponenti dannużi jistgħu jnaqqsu
l-istabbiltà u l-effett protettiv.
• Qatt timmodifika, tibdel u tuża ħażin l-elmu.
• Kwalunkwe nuqqas ta’ osservanza tal-istruzzjonijiet għall-użu, u kif ukoll bidliet, u użu
mhux xieraq tal-elmu jista’ jwassal għall-esklużjoni tar-responsabbiltà.
• Aħżen l-elmu f’post kiesaħ, niexef u protett. Biex tipproteġi l-elmu milli jġarrab ħsara,
ittrasporta l-elmu fl-imballaġġ oriġinali tiegħu jew xi ħaġa ekwivalenti.
• L-elmu m’għandu qatt jiġi espost għal temperaturaogħla minn 60°C (147°F), inkella jista’
jitlef l-propretajiet ta’ protezzjoni tiegħu.
• Taħżinx wara ħġieġ, eż. fil-karozza (effett ta’ ħruq b’lenti) jew qrib sorsi ta’ tisħin jew
sħana.
• Jekk l-elmu jkun ġie espost għal xokk jew impatt, dan għandu jinbidel immedjatament
għaliex l-effett prottettiv jista’ jiġi mxekkel severament mingħajr ma jkun hemm ebda
sinjali viżibbli.
• Fid-dawl tal-għeja inevitabbli tal-materjal, l-elmu għandu jiġi sostitwit mhux aktar tard
minn 8 snin wara d-data tal-produzzjoni, anku jekk dan ma juri l-ebda difetti viżibbli
jew tekniċi ovvji. Skont il-grad tal-użu u l-kundizzjonijiet speċifiċi tal-użu, elmu jista’
jkollu bżonn jiġu sostitwit qabel.
• Il-qoxra tal-elmu, iċ-ċirku tal-aġġustament u l-padding ta’ ġewwa li jista’ jitneħħa
jistgħu jitnaddfu bl-idejn (ilma fietel, ċraret rotob, prodott tat-tindif mingħajr solvent).
Dan japlika wkoll għall-għati kontra x-xemx.
• Uża biss spare parts oriġinali.
• Il-materjali użati fil-prodott ma jikkawżawx mard tal-ġilda u mhumiex ta’ periklu
għas-saħħa tal-utent. Jekk l-utent jesperjenza kwalunkwe reazzjoni waqt li juża l-elmu,
l-elmu m’għadux jibqa’ jintuża.
Rimi
Armi l-prodott -aħħar tal-ħajja operattiva tiegħu skont ir-regolamenti legali applikabbli.
Jekk għandek xi mistoqsijiet, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-awtorità responsabbli għar-rimi
tal-iskart. Tista’ tikseb informazzjoni dwar il-punti tal-ġbir mit-tagħmir qadim tiegħek,
pereżempju, mill-kunsill lokali jew mill-amministrazzjoni tal-belt, mingħand il-kumpa-
nija lokali inkarigata mir-rimi tal-iskart jew mingħand l-aġent speċjalizzat tiegħek. Armi
l-imballaġġ skont it-tip. Armi l-karti u l-kartun l-kontenitur tal-karti, il-fojls u l-parts
tal-plastik l-kontenitur tal-iskart riċiklabbli.
2
1
2
1
Bekijk gratis de handleiding van Abus AirLuxe, stel vragen en lees de antwoorden op veelvoorkomende problemen, of gebruik onze assistent om sneller informatie in de handleiding te vinden of uitleg te krijgen over specifieke functies.
Productinformatie
| Merk | Abus |
| Model | AirLuxe |
| Categorie | Niet gecategoriseerd |
| Taal | Nederlands |
| Grootte | 6943 MB |







